Tibdil tar-restrizzjonijiet fil-qosor

Jekk int inkwetat, ċempel il-linja t’apposta (hotline) tal-coronavirus fuq 1800 675 398 (24 siegħa).
Jekk għandek bżonn interpretu, ċempel it-TIS National fuq 131 450.
Jekk jogħġbok uża biss iż-Żero Triplu (Triple Zero)(000) għall-emerġenzi biss.

X’għandek tiftakar

  • Trid tilbes xi ħaġa li tgħattilek imnieħrek u ħalqek meta toħroġ mid-dar.
  • Żomm distanza sikura ta’ mill-anqas 1.5 metri minn persuni oħrajn.
  • Aħsel idejk ta’ spiss.
  • Jekk tħossok ma tiflaħx, ibqa’ d-dar. Tmurx għax-xogħol.
  • Isgħol jew agħtas f’tissue jew f’minkbejk.
  • Jekk għandek xi sintomi tal-coronavirus (COVID-19), trid tiġi ttestjat.
  • It-test għall-coronavirus huwa b’xejn għal kulħadd. Dan jinkludi persuni li m’għandhomx il-karta tal-Medicare, bħal persuni minn barra, ħaddiema migranti u dawk li qed ifittxu l-ażil.

F’din il-paġna

Livelli ta’ restrizzjonijiet kurrenti fil-Victoria

Il-pjan biex jittaffew ir-restrizzjonijiet u l-passi biex l-istat tal-Victoria jiġi għan-normal (COVID Normal) jinsabu fil-pjan direzzjonali tal-coronavirus (COVID-19) għall-ftuħ mill-ġdid.

Hemm pjan għaż-żona metropolitana ta’ Melbourne u ieħor għaż-żona reġjonali tal-Victoria.

L-Uffiċjal Prinċipali tas-Saħħa (Chief Health Officer) jista’ jibdel ir-restrizzjonijiet jekk tinbidel is-sitwazzjoni.

Żona metropolitana ta’ Melbourne

It-Tieni Pass: mit-28 ta’ Settembru 2020 fiż-żona metropolitana ta’ Melbourne.

M’hemmx aktar kerfju fiż-żona metropolitana ta’ Melbourne mill-5am tat-28 ta’ Settembru 2020.

Tista’ toħroġ mid-dar f’kull ħin għal wieħed minn dawn ir-raġunijiet:

  • Xiri ta’ ikel u affarijet oħra essenzjali
  • Eżerċizzju (fuq barra u limitat)
  • Xogħol li hu permess
  • Biex tieħu ħsieb lil xi ħadd, għal raġunijiet ta’ kompassjoni jew għal trattament mediku.

Għall-eżerċizzju u xiri ta’ affarijiet essenzjali, trid tibqa’ sa 5km minn darek.

Minn din id-data:

  • Sa ħames persuni minn żewġt idjar jistgħu jiltaqgħu barra.
  • Ser ikun hemm ritorn lejn l-iskola fi stadji għal studenti tal-Prep sas-6 Sena, VCE/VET/VCAL, u skejjel speċjali f’Term 4.
  • Jerġgħu jinfetħu ċ-ċentri għall-kura tat-tfal.
  • Aktar postijiet tax-xogħol ser ikunu jistgħu jiftħu.
  • Pixxini fuq barra jerġgħu jinfetħu, taħriġ personali sa żewġ persuni għal kull għalliem.
  • Huma permessi laqgħat reliġjużi fuq barra sa ħames persuni flimkien ma’ mexxej reliġjuż.
  • It-tiġijiet huma permessi fuq barra u jista’ jkollhom sa ħames persuni (li jinkludu l-koppja u żewġ xhieda).
  • Tista’ tiġi mmultat mill-Victoria Police sa $4,957 jekk tivvjaġġa fiż-żona reġjonali tal-Victoria mingħajr raġuni valida. Tista’ tiġi mmultat ukoll jekk tiltaqa’ ma’ ħbieb u qraba li ma toqgħodx magħhom fi gruppi akbar minn ħames persuni fuq barra. Tista’ tiġi mmultat jekk ħbieb jew qraba iżuruk f’darek mingħajr raġuni valida, bħal per eżempju biex jipprovdu kura.

It-Tielet Pass: jekk hemm medja ta’ anqas minn ħames każijiet ġodda (madwar l-istat kollu) fl-14 il-ġurnata ta’ qabel (madwar l-istat kollu), u jekk l-esperti tas-saħħa jaqblu.

Minn din id-data:

  • M’hemmx kerfju u l-ebda restrizzjonijiet biex toħroġ mid-dar jew id-distanzi li tista’ tivvjaġġa.
  • Sa 10 persuni jistgħu jinġabru barra.
  • Jista’ jkollok sa ħames viżitaturi minn dar oħra f’darek. Iridu jkunu mill-istess dar.
  • Studenti mis-7 sa l-10 Sena forsi jkunu jistgħu jmorru lura l-iskola jekk ikollna numru baxx ta’ każijiet u jekk l-esperti tas-saħħa jaqblu.
  • Il-ħwienet u l-parrukkiera jerġgħu jiftħu.
  • Ristoranti u ħwienet tal-kafe` jistgħu jiftħu b’servizz bilqiegħda fuq barra u b’limitu ta’ 10 persuni.
  • Ritorn fi stadji għal sport bla kuntatt għall-adulti fuq barra. Sport fuq barra jerġa’ jibda għal persuni taħt it-18-il sena (kemm sport b’kuntatt u bla kuntatt).

L-Aħħar Pass: suġġett għall-parir tas-saħħa pubblika u jekk ma jkunx hemm każijiet ġodda fl-aħħar 14-il ġurnata u jekk l-esperti tas-saħħa jaqblu.

Minn din id-data:

  • Sa 50 persuna jistgħu jinġabru barra.
  • Jista’ jkollok sa 20 viżitatur ġo darek.
  • Il-ħwienet kollha huma miftuħin.
  • Ir-ristoranti u ħwienet tal-kafe` jistgħu jiftħu b’limitu ta’ 20 persuna b’servizz bilqiegħda fuq ġewwa, u b’limitu ta’ 50 klijent.
  • L-isport jista’ jerġa’ jibda, suġġett għal miżuri ta’ sikurezza. L-isport ta’ kuntatt jerġa’ jibda għal kull eta`.
  • Tiġijiet u funerali jista’ jkollhom sa 50 persuna li jattendu.
  • Terġa’ tibda l-qima reliġjuża fil-pubbliku, sakemm tiġi osservata r-regola ta' erba' metri kwadri.

COVID Normal: jekk ma jkun hemm l-ebda każ ġdid għal 28 ġurnata, u m’hemm l-ebda każ attiv (madwar l-istat kollu) u l-ebda imxija ta’ tħassib fl-Awstralja, u l-esperti tas-saħħa jaqblu.

Minn din id-data:

  • Ir-restrizzjonijet jittaffew jew jitneħħew skont il-kundizzjonijiet tas-saħħa.
  • Ikun hemm ritorn fi stadji lejn il-postijiet tax-xogħol għal min kien qed jaħdem mid-dar.
  • Ma jkunx hemm limitu għat-tiġijiet u funerali.
  • Ma jkunx hemm limitu għal laqgħat jew viżitaturi d-dar.

Żona reġjonali tal-Victoria

It-Tielet Pass:

Mill-11.59pm nhar is-16 ta’ Settembru 2020 fiż-żona reġjonali tal-Victoria:

  • M’hemm l-ebda restrizzjonijiet fuq raġunijiet biex toħroġ mid-dar jew rigward id-distanza li tista’ tivvjaġġa fiż-żona reġjonali tal-Victoria.
  • Sa 10 persuni jistgħu jinġabru barra.
  • Jista’ jkollok sa ħames viżitaturi minn dar oħra f’darek. Il-viżitaturi jridu jkunu mill-istess dar. Waqt dawn ir-restrizzjonijiet, tista’ tagħżel persuni li jistgħu jżuruk minn dar waħda biss. Trabi ta’ taħt it-12-il xahar m’humiex inklużi fil-limitu ta’ ħames viżitaturi.
  • Ir-ristoranti u ħwienet tal-kafe` jistgħu jiftħu b’servizz bilqiegħda fuq barra, b’limitu ta’ 10 persuni.
  • Jista’ jkollok sa ħames viżitaturi minn dar oħra f’darek. Il-viżitaturi jridu jkunu mill-istess dar. Waqt dawn ir-restrizzjonijiet, tista’ tagħżel persuni li jistgħu jżuruk minn dar waħda biss. Trabi ta’ taħt it-12-il xahar m’humiex inklużi fil-limitu ta’ ħames viżitaturi.

L-Aħħar Pass: suġġett għall-parir tas-saħħa pubblika u jekk ma jkunx hemm każijiet ġodda fl-aħħar 14-il ġurnata u jekk l-esperti tas-saħħa jaqblu.

Minn din id-data:

  • Sa 50 persuna jistgħu jinġabru barra.
  • Jista’ jkollok sa 20 viżitatur f’darek.
  • Il-ħwienet kollha huma miftuħin.
  • Ir-ristoranti u ħwienet tal-kafe` jistgħu jiftħu b’limitu ta’ 20 persuna b’servizz bilqiegħda ġewwa u b’limitu ta’ 50 klijent b’kollox.
  • L-isport jista’ jiftaħ, suġġett għal miżuri ta’ sikurezza. L-isport bil-kuntatt jerġa’ jibda għall-etajiet kollha.
  • Tiġijiet u funerali jista’ jkollhom sa 50 persuna li jattendu.
  • Terġa’ tibda l-qima reliġjuża fil-pubbliku, sakemm tiġi osservata r-regola ta' erba' metri kwadri.

COVID Normal: jekk ma jkun hemm l-ebda każ ġdid għal 28 ġurnata, u m’hemm l-ebda każ attiv (madwar l-istat kollu) u l-ebda imxija ta’ tħassib fl-Awstralja, u l-esperti tas-saħħa jaqblu.

Minn din id-data:

  • Ir-restrizzjonijet jittaffew jew jitneħħew skont il-kundizzjonijiet tas-sikurezza.
  • Ikun hemm ritorn fi stadji lejn il-postijiet tax-xogħol għal min kien qed jaħdem mid-dar
  • Ma jkunx hemm limitu għat-tiġijiet u funerali.
  • Ma jkunx hemm limitu għal laqgħat jew viżitaturi d-dar.

Kif tibqa’ sikur u tajjeb

Il-coronavirus (COVID-19) għadha magħna u tista’ tinfirex malajr. Biex ngħinu ħalli nżommu l-familji u l-komunitajiet tagħna sikuri, kollha kemm aħna rridu nagħmlu l-parti tagħna.

Dawn huma affarijiet sempliċi li tista’ tagħmel biex tibqa’ sikur:

  • Aħsel idejk bis-sapun u l-ilma għal mhux inqas minn 20 sekonda.
  • Isgħol jew agħtas f’tissue jew f’minkbejk.
  • Żomm distanza sikura ta’ mill-anqas 1.5 metri minn persuni oħrajn.
  • Ilbes xi ħaġa li tgħattilek imnieħrek u ħalqek jekk għandek toħroġ mid-dar.
  • Żomm l-appuntamenti mediċi tiegħek.
  • Jekk tħossok ma tiflaħx, ibqa’ d-dar. Iżżurx membri tal-familja jew tmurx għax-xogħol.
  • Jekk għandek xi sintomi, agħmel it-test u wara mur dritt id-dar.

Teżisti l-għajnuna

Jekk inti nkwetat dwar telf ta’ dħul ta’ flus sakemm qed tistenna r-riżultati tat-test tiegħek, tisa’ tkun eliġibbli għal Pagament għall-Iżolament wara t-Test tal-coronavirus (COVID-19) ta’ $450 (Test Isolation Payment).

Jekk inti ttestjajt pożittiv jew inti kuntatt qrib ta’ każ konfermat, tista’ tkun eliġibbli għal pagament ta’ $1,500. Għal aktar informazzjoni ċempel il-linja speċjali tal-Coronavirus fuq 1800 675 398. Jekk għandek bżonn ta’ interpretu, agħfas in-numru żero (0).

Jekk inti jew xi ħadd li taf tħossok/iħossu anzjuż jew inkwetat, tista’ ċċempel Lifeline fuq 13 11 14 jew Beyond Blue fuq 1800 512 348. Jekk għandek bżonn interpretu l-ewwel ċempel 131 450.

Jekk tħossok iżolat, tista’ ċċempel il-linja speċjali tal-coronavirus (COVID-19) fuq 1800 675 398 u agħfas in-numru tlieta (3). Tiġi mqabbad ma’ voluntier tal-Australian Red Cross li jista’ jqabbdek ma’ servizzi ta’ għajnuna lokali.

Affarijiet li jgħattu l-ħalq u l-imnieħer

Kull resident tal-Victoria ta’ 12-il sena u akbar irid jilbes xi ħaġa li tgħatti l-ħalq u l-imnieħer meta joħroġ mid-dar, sakemm ma jkollux raġuni legali li ma jilbishiex. Per eżempju:

  • jekk għandek kundizzjoni medika bħal kundizzjoni serja tal-ġilda f’wiċċek jew problema biex tieħu n-nifs.
  • jekk qiegħed fil-karozza, jew waħdek jew ma’ xi ħaddieħor mid-dar tiegħek.
  • Jekk qiegħed tagħmel eżerċizzju strapazzanti, imma xorta trid iġġorr xi ħaġa li tgħatti l-ħalq u l-imnieħer.
  • mill-11:59pm tal-11 ta’ Ottubru trid tilbes xi ħaġa li tgħattilek imnieħrek u ħalqek jew maskra. Ma tistax tilbes tarka tal-wiċċ (face shield) waħedha.

 

L-ittestjar u l-iżolament

Jekk għandek xi sintomi tal-coronavirus (COVID-19), agħmel it-test u ibqa’ d-dar sakemm tirċievi r-riżultat. Tmurx għax-xogħol jew fil-ħwienet.

Is-sintomi tal-coronavirus jinkludu:

  • Deni, tkexkix ta’ bard jew ħruġ ta’ għaraq
  • Sogħla jew uġigħ fil-griżmejn
  • Qtugħ ta’ nifs
  • Imnieħer iqattar
  • Telf tas-sens tax-xamm jew tat-togħma

It-test għall-coronavirus huwa b’xejn għal kulħadd. Dan jinkludi persuni li m’għandhomx il-karta tal-Medicare, bħal persuni minn barra, ħaddiema migranti u dawk li qed ifittxu l-ażil.

Jekk ittestjajt pożittiv għall-coronavirus (COVID-19), trid tiżola ruħek f’darek. Għal aktar informazzjoni ara X’għandek tagħmel jekk ġejt ittestjat pożittiv għall-coronavirus (COVID19) (Word).

Jekk inti kuntatt qrib ta’ xi ħadd li għandu l-coronavirus (COVID-19) trid toqgħod kwarantina għal 14-il ġurnata. Għal aktar informazzjoni ara X’għandek tagħmel jekk kont f’kuntatt mill-qrib ma’ xi ħadd bil-coronavirus (COVID-19) (Word).

Riżorsi

Jekk jogħġbok uża l-materjali t’hawn taħt u aqsamhom mal-komunita` tiegħek permezz tal-email, midja soċjali u networks komunitarji oħrajn.

Ittestjar u iżolament

Ibqa’ sikur

ib l-għajnuna

Affarijiet li jgħattu l-imnieħer u l-ħalq